Tinsab stressjat tipprepara għal impjieg bħala interpretu? Teħtieġ tibni malajr glossarju faċli li tużah mill-ġdid? Jew forsi sempliċement kurjuż li tesplora kif l-ipproċessar tal-lingwa naturali ttejjeb bl-għodod tat-terminoloġija.
Is-software InterpretBank jgħin l-interpreti professjonali, mill-preparazzjoni ta’ assenjament għall-interpretazzjoni.
Hu jgħinek toħloq, timmaniġġja u timmemorizza glossarji, u ssib b’mod faċli t-terminoloġija, anki waqt l-interpretazzjoni. Tista’ taċċessa l-glossarji tiegħek mill-kompjuter tiegħek jew minn kwalunkwe apparat mobbli.
InterpretBank se jgħinek:
- tfittex malajr kliem fil-kabina
- toħloq glossarji malajr bl-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ riżorsi ta’ terminoloġija
- tidentifika konċetti ewlenin
- tislet b’mod faċli termini manwalment minn testi paralleli.
Karatteristiċi ewlenin oħrajn:
- Korrezzjoni awtomatika tal-iżbalji
- Insensittiv għall-aċċenti u t-tipi
- Jiddawnlowdja b’mod awtomatiku l-leġiżlazzjoni tal-EUR-Lex (iddisinjat primarjament għal interpreti li jaħdmu mal-istituzzjonijiet tal-UE).
- Kompatibbli mar-rikonoxximent tat-taħdit
- Id-data kollha hi ssejvjata fil-kompjuter tal-utent (edizzjoni freelance)
- Bażi tad-data xxerjata fuq is-server għan-negozji u l-istituzzjonijiet
- Verżjoni sħiħa għall-Windows u l-Mac.
Aktar riżorsi, kemm online kif ukoll offline, u karatteristiċi ġodda qed jiġu b’mod konsistenti integrati fl-għodda.
Agħmel is-sign up għal prova ta’ 28 ġurnata.