Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

Ir-Reġistru tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu

Ir-Reġistru attwali ġie stabbilit mill-EBA abbażi ta’ informazzjoni pprovduta biss mill-Istati Membri. Għalhekk, b’differenza għar-reġistri ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu miżmumin f’livell nazzjonali, dan ir-reġistru ma għandu ebda piż legali u ma jagħti ebda drittijiet fil-liġi. Jekk istituzzjoni mhix awtorizzata ġiet inkluża bi żball fir-Reġistru, l-istatus legali tagħha ma jinbidel bl-ebda mod; bl-istess mod, jekk istituzzjoni tħalliet barra mir-Reġistru bi żball, il-validità tal-awtorizzazzjoni tagħha ma tiġix affettwata. Fir-rigward tal-entrati fil-kolonna bl-intestatura "Forma legali", li minħabba n-natura tagħhom fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex traduċċibbli, għandu jiġi nnotat li x-xebh fit-terminoloġija ma għandux jinftiehem li jindika li l-istatus legali hu l-istess. Fir-rigward tal-entrati fil-kolonna bl-intestatura “Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti”, għandu jiġi wkoll indikat li l-fatt li istituzzjoni ta’ kreditu hi koperta bi skema ta’ garanzija tad-depożiti partikulari ma jimplikax neċessarjament li t-tipi jew l-ammonti kollha ta’ depożiti huma eliġibbli għal kumpens skont l-iskema. Dan jiddependi fuq ir-regoli applikabbli għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, kif stabbiliti fid-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti u r-regoli nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva. L-informazzjoni kollha li tinsab fir-reġistru kienet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, li jibqgħu esklużivament responsabbli għar-reġistrazzjoni kif suppost u għall-aġġornament tad-dejta kollha rilevanti. L-EBA żżomm biss ir-responsabbiltà għar-riproduzzjoni preċiża tal-informazzjoni li tirċievi.

Publication Date
Nature
Sit web
Charge
BLA ĦLAS
Author
L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
Data Source
Stati Membri tal-UE
Subject
access to information
credit institution
Functionality
Data visualisation

Text of this article