Stats Monitor tagħmilha aktar faċli għall-ġurnalisti li jintraċċaw u jużaw data ġdida mill-Eurostat dwar suġġetti bħall-migrazzjoni jew it-tkabbir ekonomiku. L-għodda:
- tuża ċ-charts biex turi d-data numerika – int tista’ faċilment tadattahom għall-bżonnijiet tiegħek
- tanalizza data ġdida biex tidentifika x-xejriet u l-każijiet partikulari, filwaqt li tgħinek tiskopri materjal importanti li jista’ jingħata bħala aħbarijiet
- tippermettilek tara l-aktar charts reċenti u newsfeeds fi kwalunkwe ħin.
Il-ħeffa hi waħda mill-vantaġġi tal-għodda: biex tieħu vantaġġ minnha, sempliċiment abbona għall-RSS feeds ta’ Stats Monitor. Tista’ wkoll:
- tagħżel li tirċievi aħbarijiet b’email
- tissortja ċ-charts skont l-intervall tal-ħin, il-pajjiż u varjabbli oħrajn
- tiswiċċja minn tip ta’ tabella għal oħra kif ukoll tbiddel il-kulur
- tiddawnlowdja s-settijiet tad-data f’formati differenti.
Barra minn hekk, it-tabelli huma tradotti awtomatikament f’10 lingwi.
Stats Monitor hu mħaddem mis-servizz tal-aħbarijiet Newsworthy u żviluppat minn Journalism++ u LocalFocus.
L-għodda hi disponibbli bl-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan, l-Ispanjol, il-Portugiż, il-Pollakk u l-Kroat.
Publication Date
Nature
Sit web
Charge
BLA ĦLAS
Data Source
Eurostat
Subject
Eurostat
Functionality
Data visualisation
Statistics
Link to application
Application from EU / Third party
Third party
Language
Malti (mt)