It-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija adegwati għat-tagħmir tal-enerġija huma servizzi essenzjali. Dawn huma meħtieġa biex jiggarantixxu livell deċenti ta’ għajxien u saħħa. Madankollu, aktar minn 50 miljun unità domestika fl-UE m’għandhomx aċċess għal servizzi tal-enerġija adegwati.
Dan jissejjaħ faqar enerġetiku.
Biex itejjeb l-għarfien dwar il-faqar enerġetiku fl-Ewropa u jsaħħaħ il-politiki u l-prattiki innovattivi biex jiġġieldu kontrih, l-osservatorju tal-UE dwar il-faqar enerġetiku jiġbor sorsi differenti ta’ data u għarfien mill-UE kollha.
Dan il-proġett ta’ 40 xahar, li beda f’Diċembru 2016, jipprovdi firxa ta’ riżorsi utli, inklużi:
- sett ta’ indikaturi
- repożitorju tal-evidenza
- katalogu ta’ politiki u miżuri prattiċi
- materjal ta' taħriġ
- direttorju tal-membri
- forums ta' diskussjoni.
Tista’ wkoll tirreġistra bħala membru: hu bla ħlas u jippermettilek tinteraġixxi ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin oħra, taċċessa kontenut għall-membri biss u tiskopri opportunitajiet ġodda ta’ kollaborazzjoni.
Is-sit web hu disponibbli bl-Ingliż.