Liema kliem hu l-aktar kurrenti fl-affarijiet tal-UE? Xi tweets jibagħtu l-Membri tal-Parlament Ewropew?
Quote Finder – app prodotta min-Network Ewropew tal-Ġurnaliżmu tad-Data – tgħinek twieġeb dawn il-mistoqsijiet u mistoqsijiet simili, u tagħtik veduti differenti dwar l-UE.
Tista’ tuża l-għodda biex tesplora u tiffiltra t-tweets tal-Membri u toħloq word clouds tal-frażijiet l-aktar użati ta’ spiss.
Tista’ tiffiltra kontenut ibbażat fuq:
· kelmiet ewlenin
· hashtags
· affiljazzjoni politika
· il-lingwa tat-tweet
Quote Finder għandha wkoll funzjoni li tista’ tuża biex tesplora testi ppubblikati mill-istituzzjonijiet tal-UE, bħal stqarrijiet għall-istampa. Imbagħad tista’ tagħżel minn diversi għażliet, inkluża serje kronoloġika, biex tenfasizza l-bidliet fit-temi l-aktar kurrenti fl-UE.
Quote Finder hija bbażata fuq pakkett magħmul minn sors miftuħ iddedikat għal-lingwa ta’ programmar ta’ R: il-kodiċi tas-sors huwa disponibbli fuq GitHub.
Il-proċedura għall-ġbir tad-data u l-użu ta’ apps tal-web hija dokumentata fuq is- sit web tal-Quote Finder, li tippermettilek tirreplika, tespandi jew tadatta l-apps tal-web tiegħu għal użi oħra.
Il-Quote Finder hija disponibbli f’diversi lingwi, iżda l-interface tal-iffiltrar tagħha huwa bl-Ingliż.