PublicBI hija sistema kumplessa ta’ dashborads b’livell għoli ta’ personalizzazzjoni maħsuba biex tgħin lin-negozji jsibu informazzjoni dwar ix-xejriet u l-opportunitajiet tal-akkwist pubbliku fl-UE.
Hija bbażata fuq id-data tat-TED (Tenders Electronic Daily).
It-TED hija l-verżjoni online tas-“Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”, li tkopri l-akkwist pubbliku fl-UE. Din tippublika 520,000 avviż ta’ akkwist pubbliku fis-sena, inklużi 210,000 sejħiet għal offerti li jiswew madwar €420 biljun.
Inti tista’ tuża d-dashboards tal-PublicBI biex tanalizza d-data tat-TED fid-dettall. It-tipi differenti ta’ dashboards jipprovdu informazzjoni u għarfien li jikxfu x-xejriet moħbija u l-korrelazzjonijiet fl-akkwist pubbliku fl-UE kollha.
L-app, li hija disponibbli bl-Ingliż, kienet fost l-apps magħżulin għall-EU Datathon 2018.