Parltrack hi inizjattiva għat-titjib tat-trasparenza tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Hi bażi tad-data ta' informazzjoni dwar il-proposti ta' politiki, l-MEPs, ir-riżultati tal-votazzjoni u l-aġendi tal-kumitati.
Meta tuża Parltrack hu faċli li tara f'daqqa t'għajn liema proposti qed ikunu ttrattati minn liema kumitati u MEPs, u tittraċċa l-progress tal-proposti permezz ta' email u tal-RSS.
U tista' wkoll tidħol aktar fid-dettall, billi tagħmel cross-reference għad-diversi settijiet tad-data biex takkwista aktar informazzjoni ddettaljata. Pereżempju, l-immeċċjar tal-ismijiet u t-titli tal-proposti ta' immunità parlamentari bl-ismijiet tal-MEPs jagħtik stampa ta' malajr aġġornata tal-proċeduri ta' immunità kontra l-MEPs.
Id-data Parltrack hi disponibbli bħala dawnlowds massivi ta' data miftuħa u bħala API bla toqol għall-iżviluppaturi. Il-biċċa l-kbira tad-data hi disponibbli wkoll għal aktar ipproċessar ulterjuri fil-JSON u fis-CSV.