IPCHEM (Pjattaforma ta’ Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi) hi l-pjattaforma tal-Kummissjoni Ewropea għat-tfittxija, l-aċċess u l-irkupru tad-data u l-metadata dwar il-monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi.
Id-data hi mkejla f’midja differenti (l-ambjent, l-ikel u l-għalf, il-bnedmin, il-prodotti tal-konsumatur u l-arja ta’ ġewwa). Din tinġabar u tinżamm fid-dipartimenti tal-Kummissjoni, l-aġenziji Ewropej, l-awtoritajiet nazzjonali u l-proġetti ta’ riċerka nazzjonali u ffinanzjati mill-UE.
Il-pjattaforma hi mfassla biex tgħin lil dawk li jfasslu l-politika u x-xjentisti:
- jidentifikaw oqsma fejn in-nies u l-ambjent huma esposti għal livelli għolja ta’ tniġġis kimiku
- jidentifikaw sorsi potenzjali ta’ tniġġis.
L-app tippermetti lill-utenti biex jipproduċu viżwalizzazzjoni tax-xejriet fuq tul ta’ żmien. Din tista’ tgħinhom jifhmu jekk il-kontaminazzjoni hix ikkawżata minn sustanzi kimiċi użati bħalissa, jew jekk hix ir-riżultat ta’ sustanzi kimiċi użati matul perjodu ta’ żmien fil-passat.
L-app hi disponibbli bl-Ingliż.