X’inhuma l-isfidi ambjentali għat-trattament tal-ilma urban mormi?
L-Istati Membri tal-UE kif qed jindirizzawhom?
Il-pjattaforma ta’ disseminazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD) tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar iż-żoni tal-ilma urban mormi, is-sistemi ta’ ġbir, l-impjanti tat-trattament, il-punti ta’ skarikar, u ż-żoni ambjentalment sensittivi.
Il-pjattaforma tippermettilek toħloq statistika, tagħżel u tniżżel data, turi saffi differenti, taċċessa s-siti web tal-ilma urban mormi nazzjonali, jew sempliċiment tikseb ħarsa ġenerali lejn ir-regolamentazzjoni tal-ilma urban mormi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.
Il-pjattaforma UWWTD hi disponibbli bl-Ingliż.