Xi nhuma l-proġetti li jibbenefikaw mill-fondi tal-UE? Huma kollha kemm huma bbażati fl-Ewropa? Jekk le, liema wieħed hu l-aktar ’il bogħod? X’jagħmel, u x’riżorsi finanzjarji għandu?
Biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet u oħrajn, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) żviluppat iċ-ċentru tad-data tal-EASME.
Din l-għodda interattiva online tiġġenera informazzjoni dwar il-programmi ta’ finanzjament tal-UE, tipprovdi data ewlenija, statistika u mappa dinamika li turi l-proġetti kollha ffinanzjati mill-programm. Il-pins ħomor jindikaw lill-koordinaturi tal-proġett, il-ħodor, is-sħab tal-proġett. Kull proġett għandu taqsira li tinkludi xi informazzjoni dwar in-natura u l-għanijiet tal-proġett, il-baġit allokat lilu, u l-parteċipanti tiegħu – b’links għas-siti web tagħhom.
Tista’ tfittex u tiffiltra l-proġetti b’mod faċli permezz ta’ kriterji differenti, u tista’ tikkombina diversi minnhom. Pereżempju, huma jistgħu jiġi ffiltrati skont it-tema u/jew il-pajjiż, jew skont it-tip ta’ proġett jew il-firxa tal-baġit. Kemm tikklikkja l-ikona ta’ fuq fl-istrixxa griża fuq ix-xellug. Tista’ wkoll taċċessa l-istatistika u informazzjoni oħra billi tikklikkja l-ikona grafika fil-menù fuq tan-naħa tax-xellug.
Din l-għodda hi b'saħħitha u komprensiva. Jekk togħġbok, għaliex ma ddaħħalhiex fis-sit web tiegħek? Fil-qiegħ tal-mappa, se ssib test qasir li jista’ jiġi kkupjat u ppejstjat fil-kowd tas-sors tal-paġna tiegħek.
Iċ-ċentru tad-data tal-EASME hu disponibbli bl-Ingliż.