Immaġinaw lilkom infuskom f’supermarket qegħdin tipprovaw tagħżlu krema tal-wiċċ, jew forsi xampù għat-tarbija tiegħek, minn firxa impressjonanti ta’ prodotti. Kif tista’ tgħidu liema huma dawk l-aħjar għas-saħħa? Jew li huma ambjentalment sostenibbli? Kif tafu jekk xi wieħed minnhom fih sustanzi perikolużi?
GoodGuide hija app tal-Istati Uniti mfassla biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet f’ħin reali.
GoodGuide tikklassifika l-prodotti bl-użu tal-informazzjoni dwar l-ingredjenti tagħhom flimkien ma’ regolamenti kimiċi. Dan jagħti lill-konsumaturi aċċess immedjat għall-informazzjoni dwar il-prodott li jkunu jistgħu jifhmu faċilment.
Biex issir taf jekk prodott fihx ingredjenti b’perikli għas-saħħa identifikati, il-konsumaturi tal-Istati Uniti jistgħu jfittxu għal prodotti jew ingredjenti partikolari fis-sit web, jew jiskennjaw il-barcode tal-prodott bl-użu tal-app tal-mobile.
Peress li l-app ġiet żviluppata għal prodotti mibjugħa fl-Istati Uniti, l-applikazzjoni għall-iskennjar tal-barcodes ma tapplikax għall-Ewropa. Iżda anki jekk il-formulazzjonijiet ta’ prodott xi drabi jvarjaw bejn l-Istati Uniti u l-UE, ditti kbar huma disponibbli fid-dinja kollha, u GoodGuide xorta tista’ tipprovdi lill-konsumaturi Ewropej b’informazzjoni utli ħafna. Fittxu prodotti bl-isem jew il-marka kummerċjali tagħhom.
B’mod kruċjali, GoodGuide tirreferi għar-regoli tal-UE dwar il-kożmetiċi u l-prodotti tal-kura personali — l-aktar stretti f’termini ta’ protezzjoni tas-saħħa.
L-app hi disponibbli bl-Ingliż biss.